Lokali

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Balzan

Raġel ta’ 71 sena residenti Ħal Balzan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Balzan.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6:00am ta’ filgħodu fi Pjazza Bertu Fenech, Ħal Balzan.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Citroen Berlingo, misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħal Qormi.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ftit tal-ħin wara ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.