Ħmistax-il tim qed jieħdu sehem fil-Kampjonat 5-a side tad-darts li ngħata bidu nhar it-Tlieta u qed ikun organizzat mill-Malta Darts Association. It-timijiet huma maqsuma f’erba’ gruppi.
Minn Grupp A, rebħiet għal Ħamrun Bayern u Fgura Maypole li rebħu lil Duke’s A (5-0) u lil Sliema Inter (3-2) rispettivament
Fi Grupp B, Manchester Conquest sabuha faċli kontra Żebbuġ Rangers fejn għelbuhom 5-0.
Fi grupp Ċ, Floriana Ajax B u Education Bar kisbu l-ewwel tliet punti tat-tournament wara rebħiet kontra Ħamrun Bayern B (3-2) u Birżebbuġa Lions (5-0).
Fgura Kenky u Floriana Ajax A kisbu rebħiet fi Grupp D bi Fgura jirbħu 5-0 kontra Żejtun Beland filwaqt li l-Furjaniżi jirbħu 4-1 kontra Leah’s Bar.
//= $special ?>