“Toni kienet defenizzjoni ta’ ġentlom, persuna ta’ rispett”.
Hekk ġie deskritt Toni Caruana magħruf bħala “is-Sur m’Int xejn” hekk kif illum ingħata l-aħħar tislima fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Fl-omelija, il-Patri Alexander Scerri fakkar uħud mill-karatteristiċi li dejjem kienu jispikkaw f’Toni Carauana, b’karattru qalb tad-deheb li dejjem lest li jtik qalbu.
Toni Caruana serva bħala Kit Manager u membru fi ħdan il-Kumitat tal-Valletta FC. Dan dam jagħmlu għal numru ta’ snin, hekk kif kien ukoll Kit Manager tan-nursery tal-istess klabb.
Għall-funeral ta’ Toni Caruana attendew għadd ta’ persuni distinti, inkluż l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, hekk kif Caruana ħadem miegħu għal tul ta’ snin, b’esperjenza li tmur lura minn meta Lawrence Gonzi kien Ministru tal-Politika Soċjali.
Preżenti wkoll kien hemm il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione.
Ritratti Matthew Tabone
//= $special ?>