Leeds United 5-2 Cardiff City
F’Elland Road, f’partita li matulha Leeds United iddominaw għal kollox, ir-rebħa ta’ 5-2 fuq Cardiff City poġġiethom fir-rawnd li jmiss tal-FA Cup.
Wara minuta minn azzjoni ta’ Rodrigo kien Degnand Wilfred Gnoto li għeleb lil Alnwick biex fetaħ l-iskor. Leeds irduppjaw fl-34 minuta meta Rodrigo għeleb lil Jak Alnwick minn pass ta’ Jack Harrison. L-istess Harrison żewġ minuti wara żmarka lil Gnoto li mill-ġdid għeleb lil Alnwick. 3-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fil-71 minuta minn azzjoni ta’ Luke Ayling kien Patrick Bamford li għamel l-iskor 4-0 sabiex ħames minuti wara kien l-istess Bamford li minn pass ta’ Joe Gelhardt kabbra l-iskor għal 5-0
Fl-84 minuta kien Collum Robinson li għeleb lil Illian Meslier biex naqqas l-iskor għal Cardiff. L-istess Robinson fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud minn penalty għeleb lil Meslier għal 5-2 .
//= $special ?>