F’temp ta’ sena l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna sploda ‘l fuq b’mod qawwi immens, hekk kif fi 12-il xahar ir-rata tal-inflazzjoni triplat… minn 2.6% għal 7.3%.
Ċifri ppubblikati mill-NSO juru li f’Diċembru li għadda l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna kompla jiżdied, għalkemm bi ftit… b’kuntrast mal-pajjiżi l-oħra Ewropej fejn fil-maġġoranza tagħhom l-inflazzjoni naqset.
L-iktar fattur li wassal għal din iż-żieda kien il-prezz tal-ikel u tax-xorb mhux alkaħoliku, li żdied bi 2.4%… żieda dovuta l-iktar minħabba ż-żieda fil-prezz tal-laħam.
Iżda dawn mhumiex l-uniku żidiet fil-prezzijiet li qed jaffaċċja l-poplu Malti bħalissa, hekk kif fl-aħħar jiem reġa’ kien hemm żieda fil-prezz ta’ prodotti bażiċi fosthom il-bajd u ċ-ċereali. Persuni oħra li tkellmu ma’ Net News qalu wkoll li x’aktarx il-prezz tat-toilet paper se jkun qed jirdoppja.
Apparti dawn iż-żidiet, kien hemm ukoll żieda fil-prezz tas-sigaretti kif ukoll fil-prezz tal-VRT hekk kif issa dan tela’ għal 30 ewro. Dan apparti li mistenni jkun hemm żeida wkoll fil-VAT għal dawk kollha li jagħmlu trattament estetiku.
Is-sitwazzjoni tal-għoli tal-ħajja hi realtà li għadha qed tagħfas fuq il-bwiet tal-ħaddiema u tal-pensjonanti.. fejn iktar ma jgħaddi ż-żmien din l-sifida qed tkompli iżżid il-pizijiet fuq il-familji Maltin u Għawdxin. Dan biex ma nsemmux id-diversi mediċini u prodotti tas-saħħa li n-nies qed ikollhom jixtru mill-ispiżeriji minn buthom, għaliex tal-Gvern jinsabu out-of-stock.
//= $special ?>