Sport Sport Ieħor

Futsal: Dylan Musu jirbaħ l-unur tal-Enemed Plejer tax-Xahar għal Diċembru

Dylan Musu, ta’ Ta’ Xbiex Futsal hu r-rebbieħ tal-Enemed Plejer tax-xahar ta’ Diċembru.

Matul il-karriera tiegħu ta’ 13-il sena fil-Futsal, Musu lagħab ma’ Ta’ Żwejt Boys, San Ġwann, Valletta, l-Università ta’ Malta u Luxol St Andrews. Fil-bidu ta’ dan l-istaġun ingħaqad ma’ Ta’ Xbiex u qed ikollu prestazzjonijiet tajbin.

Ix-xahar ta’ Diċembru kien wieħed eċċezzjonali għall-plejer internazzjonali Malti, hekk kif skorja gowls importanti sabiex xpruna lit-tim tiegħu li jinsab jaqsam l-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League flimkien ma’ Luxol u Swieqi.

Il-preżentazzjoni lil Dylan Musu saret mill-president tal-FMA il-perit Mark Borg fejn apparti t-trofew, hu ngħata wkoll xi vouchers mingħand l-isponsors.