L-avukat tal-eks MEP Pier Antonio Panzeri ma riedx jikkonferma jekk ‘aktar pajjiżi’ humiex implikati fl-iskandlu tal-korruzzjoni li jinvolvi lill-Qatar u lill-Marokk u li bħalissa qiegħed jheżżeż lill-Parlament Ewropew.
L-avukat Laurent Kennes qed jgħid li din is-segretezza ‘għandha tgħin biex l-investigazzjoni ssir aktar effettiva’ wara li hu konferma s-sehem tal-Qatar u l-Marokk fl-iskandlu, filwaqt li ċaħad li Panzeri seta kien il-moħħ wara l-operat.
Intant, Panzeri ammetta dwar sehem attiv f’atti ta’ korruzzjoni b’konnessjoni mal-Qatar u l-Marokk minbarra li ammetta wkoll għall-fatt li hu aċċetta forom ta’ tixħim u li involva lil ħaddieħor fil-korruzzjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali fil-Belġju, sadanittant, ikkonferma li Panzeri, Soċjalista Taljan li kien serva tliet termini fil-Parlament Ewropew, issa iffirma ‘ftehim ta’ indiema’ li se jgħin lill-investigazzjoni. Panzeri anki impenja ruħu biex jiżvela ‘informazzjoni sostanzjali dwar skema fejn l-allegati pajjiżi ħallsu l-flus lill-MEPs biex jgħinu għal deċiżjonijiet favur tagħhom fl-Assemblea.’
//= $special ?>