Internazzjonali

Il-Peru: Aktar mejtin waqt il-protesti kontra l-President Boluarte

Qegħdin imutu dejjem aktar dimostranti waqt protesti kontinwi kontra t-tmexxija tal-President tal-Peru, Dina Boluarte. Il-vittmi, intant, komplew jiżdiedu minn jum għal jum fost il-ġimgħat ta’ dimostrazzjonijiet popolari li segwew it-tkeċċija tal-eks President xellugi tal-Peru, Pedro Castillo.

Fl-aħħar sigħat, il-pulizija użaw il-gass tad-dmugħ biex iferrxu lill-folol fil-kapitali Lima. Dan meta d-dimostranti – ħafna minnhom minn komunitajiet indiġeni — qed ikomplu jaslu f’Lima minn kull rokna tal-pajjż, inkluzi z-zoni rurali, fost l-għajta biex it-tmexxija ‘tirrispettalhom id-drittijiet’.

L-aħħar imwiet kienu rappurtati fil-belt ta’ Macusani waqt li l-osservatur tad-drittijiet umani fil-Peru irrapporta aktar imwiet fir-reġjun ta’ La Libertad.

Id-dimostranti qalu li huma qed jiddefendu l-futur tal-pajjiż ‘anki waqt li l-militar u l-pulizija qegħdin joqtluhom fit-toroq’.

Il-Peru ilu s-snin għaddej mit-taqlib politiku, bl-eks President Castillo qed ikun investigat dwar allegat ‘pjan għal rewwixta’ u ħidma biex ixolji lill-Kungress f’Lima. Hu intant qed jgħid li għadu l-President leġittimu tal-Peru – bid-dimostranti jridu li Boluarte twarrab waqt li ssejjaħ elezzjonijiet ġodda.

Madankollu, il-President qed tirrifjuta din it-talba u insistiet mad-dimostranti biex jaċċertaw minn protesti paċifiċi.