Raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Balzan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn gallarija li kien qiegħed jagħmel ix-xogħol fiha.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-10:15am ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Brared, Birkirkara.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Balzan, kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’gallarija u waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>