Il-Prim Ministru tan-New Zealand, Jacinda Ardern ftit tas-sigħat ilu ħabbret li se tkun qed tirriżenja minn din il-kariga.
Hi ħabbret li se tirriżenja fis-7 ta’ Frar minħabba li m’għandhiex biżżejjed enerġija u dak li hu mitlub biex tmexxi.
Ardern, li għandha 42 sena, iddeskriviet dawn l-aħħar 6 snin fit-tmexxija bħala ta’ sfida kbira u li ħallew piż fuqha. Jacinda Ardern se tirriżenja wkoll minn Mexxejja tal-Partit Laburista tan-New Zealand.
Fl-14 t’Ottubru ta’ din is-sena għandha ssir l-elezzjoni ġenerali fin-New Zealand.
//= $special ?>