Lokali

Jeremie Camilleri se jitressaq il-Qorti llum akkużat bil-qtil ta’ Pelin Kaya

Aktar tard illum, il-Pulizija mistennija tressaq il-Qorti lil Jeremie Camilleri (ritratt) u takkużah bil-qtil ta’ Pelin Kaya; it-tfajla Torka li nqatlet fil-każ xokkanti li seħħ ilbieraħ fis-1am.

Fid-Depot, il-Pulizija nterrogaw mill-ġdid lil Camilleri. Bis-sorsi tagħna jikkonfermaw li hu se jiġi akkużat b’omiċidju.

Kif żvela ilbieraħ Net News, ir-raġel Malti-Franċiż irriżulta pożittiv għat-test tad-droga li sarlu fl-Isptar Mater Dei wara dan l-inċident traġiku. Jidher li hu kien abbuża mill-kokaina, u kien anke taħt l-influwenza tax-xorb.