Kultura Lokali

Jitnieda l-kalendarju ta’ Heritage Malta b’aktar minn 70 attività minn issa sa Ġunju

Bejn Jannar u Ġunju li ġej Heritage Malta se tkun qed tħejji xejn inqas minn 70 avvenimenti intiżi għall-familja kollha… minn tfal sa anzjani.

L-avvenimenti ivarjaw minn żjarat f’siti storiċi, mużewijiet, wirjiet, re-enactments kif ukoll mixjiet. 

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret il-Ħamis, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit qal li dawn l-avvenimenti se jissarrfu f’esperjenza kompluta imfassla fuq l-aspettattivi tal-viżitaturi.

Dawn l-avvenimenti se joffru wkoll bosta attivitajiet fejn it-tfal se jkollhom l-oppotunita li jieħdu sehem fihom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta qal li bħala l-protettur ta’ aktar minn 8,000 sena ta’ storja, l-aġenzija għandha l-missjoni li tħares il-wirt kulturali ta’ pajjiżna u tagħmlu aċċessibbli għal kulħadd, kemm fiżikament kif ukoll virtwalment, u b’hekk tikkontribwixxi biex l-identità kulturali ta’ Malta tkun apprezzata aktar.

Aktar tagħrif dwar l-attivitajiet ta’ Heritage Malta matul l-ewwel sitt xhur tas-sena jinsabu hawn: https://issuu.com/heritagemt/docs/hm_events_calender_issuu.