Futbol Sport

Coppa Italia: Juventus, Lazio u Atalanta fil-fażi li jmiss

(Ritratt: EPA)

Juventus, Lazio u Atalanta għamluha għall-fażi li jmiss tal-Coppa Italia. Juventus għelbu lil Monza 2-1, b’Moise Kean u Federico Chiesa jiskorjaw għall-Juventus filwaqt li Mattia Valoti jiskorja għal Monza.

Lazio kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Bologna bil-gowl deċiżiv jasal permezz ta’ Felipe Anderson.

Atalanta wkoll għamluha għall-fażi li jmiss b’rebħa ta’ 5-2 fuq Spezia. Il-gowls ta’ Atalanta waslu permezz ta’ doppjetta ta’ Ademola Lookman, Hans Hateboer, Rasmus Hojlund u awtogowl ta’ Ethan Ampadu. Għal Spezia skorjaw Albin Ekdal u Daniele Verde.