Lokali Parlament

L-aħħar att biex Robert Abela jkisser il-Kummissarju għall-Istandards

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni bernard Grech qal li l-mod kif il-Gvern irid jaħtar il-Kummissarju għall-Istandards hu l-aħħar att biex il-Prim Ministru Robert Abela jkisser il-Kummissarju għall-Istandards.

Fil-parlament Bernard Gerch qal li dan hu l-aħħar att fil-pjan tal-Gven Laburista biex ixejjen istituzzjoni oħra u jieħu l-istituzzjonijiet kollha taħt idejh. Il-Prim Ministru Robert Abela irid il-kontroll ta’ kollox u l-mument li xi ħadd jieqaflu jara kif jagħmel biex xorta tgħaddi tiegħu. Dan hu ta’ ħsara għad-demokrazija u l-politika fil-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li b’rispett u b’maturità lejn il-pajjiż ħass li kontinwament kellu jara kif id-diskussjoni l-Ombudsman u l-Kummissarju għall-Istandards tkun waħda maturia.

Apparti r-reminders b’messaġġ u b’ittri lill-Prim Ministru biex jiltaqa’ mal-Prim Ministru u jiftehmu, waħda mill-proposti kienet li ssir shortlist ta’ persuni li jista’ jsir qbil fuqhom u wara li jiftehmu jmorru bl-ordni ta’ prefernza u lill-persuna noffrulha r-rwol flimkien biex jintbagħat messaġġ li hemm il-fiduċja taż-żewġ naħat u tal-poplu. Il-Prim Ministru ma qabilx ma’ dan.

Bernard Grech kien ippropona tliet kundizzjonijiet lill-Prim Ministru fosthom li l-isem diskuss ikun żvelat biss meta jkun hemm ftehim u mhux kif għamel il-Prim Ministru li jiżvela l-ismijiet biex tgħaddi tiegħu.

Hu qal li kien jistenna li jkun hemm l-animu ġenwin madwar il-mejda tad-diskussjonijiet biex ikun hemm ftehim. Kundizzjoni oħra kienet li ħadd ma jkun jaf min kien ippropona l-ismijiet għaliex din mhix kwistjoni ta’ xi ħadd li rebaħ iżda li instab ftehim. Kundizzjoni oħra kienet li wara li jkun hemm ftehim, issir stqarrija konġunta biex il-persuni jkollhom saħħa morali ikbar.

Il-Prim Ministru ma laqax dawn is-suġġerimenti biex il-Prim Ministru żvela l-isem tal-persuna biex jipprova jgħawweġ idejn l-Oppożizzjoni. Hu qal li l-gvern mhux l-imħallef f’din il-kwistjoni u kompla li l-Prim Ministru jaf ir-raġunijiet għaliex l-Oppożizzjoni oġġezzjonat għall-ħatra tal-Prim Imħalelf Emeritus Joseph Azzopardi. Waħda mir-raġunijiet hi li l-Omdudsam ikollu numru ta’ uffiċjali investigattivi taħtu lil hinn minn kemm ikollu enerġija jew apatija l-Ombdusman.

Għaliex lil Joe Zammit McKeon, il-Prim Ministru ma riedux Kummissarju għall-Istandards jekk dan hu tajjeb għall-Ombudsman? staqsa l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla kulħadd jaf li ħadd ma jikkontrolla lil Zammit McKeon.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni sostna li l-Gvern mhux jispjega għaliex il-persuni nominati mill-Oppożizzjoni m’humiex tajbin għall-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards. George Hyzler suppost fadallu numru ta’ xhur oħra u spiċċa mil-kariga sena qabel il-waqt; dan mhux kumbinazzjoni. Sar hekk, għax Robert Abela ma kienx kuntent b’George Hyzler. Insew kemm attakkawh lil George Hyzler! sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Bernard Gerch qal li l-Gvern kien jattakka lill-Kummissarju Hyzler għax kien qed jiddeċiedi dak li kien hemm bżonn jiddeċiedi; il-gvern għamel il-maunvri kollha fil-Kumitat għall-Isstandards beix jipprova jsikket lil George Hyzler.

F’Settembru 2018 kien magħruf li kien hemm qbil li George Hzyler ikun Kummissarju għall-Istandards u aktar tard beda l-attakk u tneħħa sena qabel biex issa l-Prim Ministru jrid biss isem wieħed.

Issa l-gvern qed jgħaddi liġi infami li fiha l-Gvern jista’ jiddeċiedi waħda min ikun il-pulizija li jkun attent fuq id-deputati kollha. Dan b’kuntrast kbir għal dak li kien miftehem meta saret il-liġi tal-Istandards meta kien hemm ftehim li dan ikun nominat biż-żewġ terzi u fthemu wkoll li ma jkunx hem mekkaniżmu ta’ soluzzjoni propju għax emmen li l-Kummissarju għall-Istandards irid ikun hemm persuna nominata biż-żewġ terzi.

Għal Robert Abela, l-istituzzjonijet qed jaħdmu tfisser biss li dawn jaħdmu kif u meta jridhom hu. Il-Gvern se jkun qed idgħajjef l-istituzzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jinsab fiduċjuż li r-raġuni tirbaħ u li d-djalogu ġenwin jista’ jwassal għall-persuna adatta. Jekk il-Prim Ministru jrid ifittex kunsens m’għandux jivvota favur din il-liġi u jibqa’ impenjat li jingħażel persuna bi qbil taż-żewġ naħat għall-ġid tal-pajjiż, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.