Futbol Sport

Manchester City jirbħu minkejja li kienu fi żvantaġġ fi tmiem l-ewwel taqsima

(Ritratt: EPA)

Manchester City għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 4-2 minkejja li daħlu jistrieħu 2-0 fl-iżvantaġġ. F’taqsima bi ftit azzjonijiet kienu Tottenham li fetħu l-iskor fl-44 minuta meta kien Dejam Kulusevski li għeleb lil Ederson. Tottenham irduppjaw minuta wara permezz ta’ Emerson Royal.

It-tim imexxi minn Pep Guardiola kien wieħed differenti fit-tieni taqsima u fil-50 minuta kien Julian Alvarez li għamilhom 2-1 biex żewġ minuti wara kien Erling Haaland li ġab l-iskor indaqs. City skorjaw il-gowl li poġġihom fil-vantaġġ fit-63 minuta permezz ta’ Riyad Mahrez, bl-istess Mahrez jagħlaq il-partita fid-89 minuta għall-skor finali ta 4-2.