Lokali

Nardu Camilleri se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt li ġej

Il-Pulizija tat permess biex nhar is-Sibt li ġej isir il-funeral ta’ Nardu Camilleri li miet fis-26 ta’ Novembru fl-isplużjoni li seħħet fil-kamra tan-nar San Ġużepp ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li ġew konklużi t-testijiet li kienu qed isiru, u l-katavru ġie rilavvat.

Nardu Camilleri se jkun qed jingħata l-aħħar tislima s-Sibt fl-10am, fil-Knisja Parrokjali ta’ Ħal Kirkop.

Wara l-quddiesa se jkun hemm korteo minn quddiem il-każin tal-banda San Ġużepp saċ-ċimiterju ta’ Ħal Kirkop. Dan il-korteo ser ikun akkumpanjat mill-istess Banda, u mill-qraba ta’ Camilleri …. li għal xi snin kien responsabbli mill-istess Kamra tan-Nar.