Lokali

Titħabbar il-mewt tal-eks Sindku Nazzjonalista Henry Debono

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Henry Debono, eks Sindku Nazzjonalista tal-lokalità taż-Żebbuġ Għawdex.

Harry serva wkoll bħala Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-istess lokalità. Il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Henry Debono għall-ħidma tiegħu matul is-snin… ħidma li ssarfet f’servizz mogħti dejjem b’lealtà kbira.

Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News tagħti l-kondoljanzi tagħha lill-familja Debono.