Futbol Sport

Bidla fil-partiti tal-Ħadd mill-Premier u ċ-Challenge League

(Ritratt: Joseph Galea)

Il-partiti tal-Ħadd Marsaxlokk kontra Gżira United u Pietà Hotspurs kontra Ħamrun Spartans se jkunu qed jintlagħbu fis-Centenary Stadium minflok fl-Istadium Nazzjonali kif kien pjanat. L-ewwel partita dik bejn Marsaxlokk u Gżira se tkun qed tibda kif kien pjanat fis-14:00 filwaqt li Pietà kontra Ħamrun se tibda fl-16:30.

Barra minnhekk, il-konfront li kellu jintlagħab il-Ħadd ukoll fil-11:30 bejn Sirens u Valletta fit-Tony Bezzina Stadium se jimxi għal nhar l-Erbgħa 1 ta’ Frar, fl-istess Tony Bezzina Stadium.

Il-Ħadd ukoll iżda mill-BOV Challenge League, Sliema Wanderers kontra Żurrieq se tintlagħab fis-19:00 fis-Centenary Stadium filwaqt li fil-Victor Tedesco Stadium fl-istess ħin jilagħbu Mtarfa kontra Qrendi.