Id-difensur Brażiljan Dani Alves ġie arrestat il-Ġimgħa filgħodu fi Spanja fuq allegazzjonijiet li aggredixxa sesswalment mara f’nightclub f’Barċellona f’Diċembru, skont stqarrija tal-Pulizija.
Il-mara sostniet mal-midja Spanjola, jumejn wara l-allegat inċident, li l-futboler kien daħħal idu taħt il-ħwejjeġ ta’ taħt tagħha mingħajr kunsens waqt li kien f’Sutton Night Club, ix-xahar li għadda.
L-eks plejer ta’ Barcelona mill-ewwel ċaħad l-allegazzjonijiet meta ħarġu, fejn sostna li hu kien biss qed jiżfen u jieħu pjaċir u li ma jafx u qatt ma ra lill-mara li qed takkużaħ.
//= $special ?>