Internazzjonali

Il-Libanu: Jibqgħu fil-Parlament bi protesta wara li falla vot ieħor għall-Presidenza

Żewġ politiċi qattgħu lejl sħiħ fil-bini tal-Parlament tal-Libanu bi protesta wara li d-deputati f’Bejrut naqsu milli jeleġġu President ġdid wara l-ħdax il-votazzjoni relatata mal-proċess. Intant, ma saru l-ebda sforzi biex id-deputati jinħarġu mill-bini.

Id-deputati Najat Saliba u Melhem Khalaf irrifjutaw li joħorġu mill-kamra wara l-aħħar rawnd tal-votazzjoni u għażlu li jibqgħu hemm, fid-dlam, għal lejl kollu.

It-terminu tal-President kien skada fil-31 ta’ Ottubru u meta l-kariga kellha tgħaddi f’idejn suċċessur minn qabel din id-data—dejjem permezz ta’ votazzjoni.

Iżda diversi partiti Lebaniżi ma jistgħux jaqblu dwar il-kandidat ideali, b’kull waħda mill-11 is-sessjonijiet li saru għall-ħatra tas-suċċessur għall-eks President Lebaniż, Michel Auoun, jipproduċu riżultati inkonklussivi.