Lokali

“Il-President Metsola qed tmexxi b’eżempju pożittiv” – il-kelliem tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew fi Brussell

Hija l-ewwel darba fl-istorja tal-Parlament Ewropew li l-President ħadet l-inizjattiva li tippublika l-lista tar-rigali ta’ protokoll li tirċievi l-istituzzjoni. Hekk qal il-kelliem tal-Parlament Ewropew, f’ittra li tikkonferma kemm Roberta Metsola qiegħdha fi kliemu stess tmexxi bl-eżempju u żżid it-trasparenza f’ħidmet l-istess Parlament.

Il-kelliem li jirrapreżenta l-istituzzjoni Ewropea, l-Ispanjol Jaume Duch, qal li l-President Metsola qatt ma żammet rigali u l-ebda rigal qatt ma ħareġ mill-binja tal-Parlament Ewropew. Kompla jgħid li dawn huma rigali ta’ protokoll li jingħataw lill-Parlament u Roberta Metsola tirċevihom bħala President.  Qabel kienu jiġu rreġistrati internament iżda il-President Metsola għażlet li dawn jiġu pubblikati għall-iskrutinju tan-nies bħala parti mir-riforma li qed tmexxi.

“L-ebda deadline ma nqabeż. L-ebda regola ma nkisret,” qal il-kelliem tal-Parlament Ewropew. Il-Partit Laburista qed jagħmel minn kollox biex joħloq attakk fuq Roberta Metsola billi jdawru l-fatti ta’ taħt fuq.

Il-kelliem tal-Parlament Ewropew qal li l-pubblikazzjoni tal-lista, anke jekk din mhux mitluba, hi maħsuba biex il-President tmexxi b’eżempju pożittiv. “Roberta Metsola se tkompli tmexxi b’dan l-eżempju” qal il-kelliem tal-Istituzzjoni Ewropea.