Internazzjonali

Imut l-istilla Amerikan tar-rock David Crosby

Id-dinja tal-mużika tilfet lill-istilla Amerikan, David Crosby magħruf għall-mużika rock, b’mod speċjali matul is-snin sittin.

Huwa miet fl-età ta’ 81 sena mdawwar bil-qraba tiegħu wara li kien ilu s-snin jiġġieled kontra l-marda li kellu.

Crosby kien parti mill-ewwel ħames albums li ħareġ il-grupp Byrds meta ngħaqqad magħhom fl-1964 biex imbagħad kien għaqqad il-grupp Crosby, Stills & Nash fl-1969.