Lokali Qorti

Mhux ħati li kien responsabbli għal mewt ta’ sieħbu f’sit ta’ kostruzzjoni

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ma setgħet issib ebda prova kemm fix-xhieda miġjuba quddiemha jew fid-dokumentazzjoni esebita dik ili jorbtu raġel Serb ta’ 51 sena, mixli li kien responsabbli għall-mewt ta’ ħaddiem, lmis-Serbja wkoll, f’inċident li seħħ fl-2013 ġewwa villa.

Branko Radojevic ma nstabx ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, li żgur mhumiex provi għal dak meħtieġ fil-Qorti Kriminali. L-evidenza hija prinċipalment ta’ persuni li daħlu fis-sit ta’ kostruzzjoni wara l-inċident u għamel kummenti vagi dwar ir-responsabbiltà u fatti wara l-inċident.

Il-Qorti qalet li d-dokumentazzjoni hija skarsa wkoll u bl-ebda mod ma torbot lil Radojevic, mal-akkużi li kien ġie mixli bihom, li żgur mhumiex provi għal dak meħtieġ fil-Qorti Kriminali. L-evidenza hija prinċipalment ta’ persuni li daħlu fis-sit ta’ kostruzzjoni wara l-inċident u għamel kummenti vagi dwar ir-responsabbiltà u fatti wara l-inċident.

Radojevic, li jgħix is-Swieqi, ma nstabx ħati li fil-kapaċità personali tiegħu jew bħala Direttur ta’ Rado Limited ikkaġuna l-mewt ta’ Djorde Matijvich. L-inċident kien seħħ fit-3 ta’ Ottubru tal-2013 fis-sit li jinsab fi Triq is-Siegħ kantuntiera mat-Triq Ta’ l-Ibraġġ. Il-ħaddiem ta’ 40 sena, miet fis-17 ta’ Ottubru fl-isptar Mater Dei.

Minbarra li kkaġuna l-mewt ta’ Matijvich, Radojevic ma nstabx ħati wkoll li naqas li jara li l-post fejn kien qed isir ix-xogħol ma jkunx ta’ periklu għall-ħaddiema, li naqas li jassigura li l-iscaffolding jintrama sew u li ħalef falz quddiem imħallef, Maġistrat jew uffiċjal.

Uffiċjal tal-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) esebixxa ritratti fejn jidher l-iscaffolding imkisser kif ukoll demm u ħwejjeġ fuq is-sit fejn kienet qed tinbena l-villa. Il-Maġistrat Micallef Stafrace, li quddiemha nstema’ l-każ, irrimarkat li x-xhieda mressqa quddiemha kienet primarjament ta’ nies li daħlu fuq il-post wara li seħħ l-inċident.

F’April 2018 Shalon Muscat li ħa ritratti fuq il-post tal-inċident f’isem l-OHSA wara inċident kellu seħħ fit-3 ta’ Ottubru 2013 meta daħal fis-sit, wara li kien seħħ l-inċident. Huwa ta dettalji ta ‘dak li hu ra fuq il-post. Il-vittma kien diġà ttieħed l-isptar u hu iltaqa’ ma’ Branko Radojevic, li rrikonoxxa fil-Qorti fil-persuna ta’ l-akkużat.

Fis-17 ta’ Ottubru ġie infurmat li l-vittma tilef ħajtu. Fuq il-post ra scaffolding u glider imkisser, demm u ħwejjeġ. Kien sit ta’ kostruzzjoni, villa li qed tinbena. Fl-opinjoni tiegħu kien hemm periklu ta’ waqgħa mill-għoli minħabba irregolaritajiet.

L-eks Surġent Klause Mifsud xehed li f’data ta’ Ottubru tal-2013 kien daħal fuq sit fis-Swieqi għall-ħabta tas-1.15pm. u li kien hemm ambulanza fuq il-post u persuni oħra li kienu fuq is-sit, li kienu qed jieħdu ħsieb lil Matevic ta’ nazzjonalità Serb.

Il-Maġistrat Micallef Stafrace, qalet li mix-xhieda mressqa quddiemha kienet primarjament ta’ nies li daħlu fuq il-post wara li seħħ l-inċident. Qalet li d-dokumentazzjoni dwar il-każ kienet skarsa u b’ebda mod ma jorbtu lill-akkużat mal-akkużi li tressqu kontrih. Kien għalhekk li lliberatu mill-akkużi kollha. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent Trevor Micallef. Għal Radojevic dehret l-Avukat Giannella Demarco.