Il-Ministru jgħid li fil-ġlieda kontra d-droga l-Gvern għamel ħafna
“Li tgħid iċ-ċittadin tagħna qed jerfa’ l-piż tal-prezzijiet jew li qed nagħmlu taxxi ġodda totalment żbaljat”
Hekk sostna l-Ministru tal-Familja Michael Falzon meta Net News staqsih dwar iż-żieda fil-prezzijiet li l-poplu Malti u Għawdxi ilu għal dawn l-aħħar xhur iħabbat wiċċu magħhom.
Wara li l-Gvern tal-Labour berbaq flus il-poplu biex iwassal il-messaġġi ta’ propaganda fi żmien il-budget…fejn semma’ ripetutament “budget bla taxxi”… issa l-affarijiet qed jieħdu xejra ferm differenti minn dak imwiegħed mill-Gvern ta’ Robert Abela.
Dan hekk kif fl-aħħar xhur iċ-ċittadin ra l-prezz tal-ikel u affarijiet essenzjali jiżdied drastikament, filwaqt li ġiet introdotta wkoll żieda fil-prezz tal-VRT, żieda fil-prezz ta’ ġbir ta’ skart għall-istabbilimenti kif ukoll pjan biex tizdied il-VAT fuq interventi estetici – lista ma tispicca qatt ta’ pizijiet.
Dan apparti żieda fil-prezz tas-sigaretti.
Diversi persuni li tkellmu ma’ Net News saħqu li kawża tal-mediċini out of stock, jew kif ipoġġiha l-Gvern limited stock, qed jispiċċaw jixtru l-mediċina tad-dijabete….oħrajn saħqu li l-affarijiet tal-merċa spiċċaw jixtruhom bl-irċevuti tal-fliexken; jittalbu u jfittxu flixkun biex ikollhom 10 ċenteżmi.
Oħrajn saħqu li ma jafux kif se jlaħqu sal-aħħar tax-xahar bil-biża li ma jkollhomx biżżejjed flus biex iħalsu l-kirja ta’ darhom…bit-theddida li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.
Din hija r-realtà … iżda għal Ministru Falzon li wieħed jgħid li l-poplu qed jerfà piż…huwa żbaljat.
Intant, wara d-dikjarazzjoni iebsa tal-Maġistrat Joe Mifsud b’rabta mal-qtil ta’ Pelin Kaya fejn insista li f’pajjiżna hawn min qed ixerred kultura ta’ mewt u qtil…. Net News staqsa lil Michael Falzon bħala membru tal-Kabinett ta’ Abela…x’inhu jagħmel il-Gvern dwar il-vizzju tad-droga. B’Falzon jisħaq li dak li ingħad mill-Maġistrat mhux għal ġudizzju tiegħu.
Il-Maġistrat Joe Mifsud insista li s-soċjetà tixtieq protezzjoni u li l-istituzzjonijiet jagħtu widen lilhom u mhux lil min irid ixerred il-kultura ta’ mewt minħabba ċertu lobbies li jeżistu f’pajjiżna u li jagħmlu ħoss.
//= $special ?>