Fuq punt tekniku biss ma ntlaqgħux it-talbiet ta’ Repubblika mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex il-każ ta’ ‘challenge’ kontra l-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-allegati kriminali tal-Bank Pilatus biex il-provi ma jinstemgħux mill-Maġistrat Nadine Lia.
Mingħajr ma daħlet fil-mertu tal-kwistjoni u f’ebda wieħed mill-argumenti ta’ Repubblika f’nota ta’ 118 paġna, il-Qorti preseduta mill-Imħallef Audrey Demicoli qalet li l-NGO m’għandhix id-dritt tippretendi li jkollha smiegħ xieraq għaliex m’għandix ‘victim status.’ Skont din is-sentenza, il-liġi Maltija ma tagħtix dritt lis-soċjeta’ ċivili li tippretendi li jkollha ‘fair hearing’.
Repubblika qed targumenta li l-Maġistrat Lia għandha kunflitt ta’ interess ċar fil-każ peress li missier ir-raġel tagħha huwa l-Avukat Pawlu Lia assista lill-eks Prim Minisru Joseph Muscat kif ukoll lill-eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri. It-talba saret oriġinarjament biex il-Qorti ġġiegħel lill-Kummissarju tal-Pulizija jipproċedi kontra diversi individwi li ġew tal-Bank Pilatus, u argumentat li r-rifjut tal-Maġistrat Lia li tirrikuża ruħha jikkostitwixxi ksur tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq quddiem Qorti imparzjali.
F’rikors li kien ippreżentat mill-Avukat ta’ Repubblika Jason Azzopardi quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha. Repubblika kienet ressqet l-isfida tagħha kontra l-Kummissarju tal-Pulizija f’Ġunju 2021, billi argumentat li l-inkjesta Pilatus kienet ordnat lill-Pulizija biex tressaq akkużi ta’ ħasil ta’ flus u ta’ konfoffa kriminali kontra diversi persuni fosthom “ħbieb qrib tal-eks Prim Ministru Joseph. Muscat u l-eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri”, u żiedet li sabet raġunijiet addizzjonali għal akkużi ta’ ‘trading in influence’ kontra Schembri.
Repubblika qalet li l-intopp legali li ġie deċiż il-Ġimgħa mhux se jaqtalha qalbna. “Ma’ intoppi legali ltqajna ħafna f’dawn l-aħħar ħames snin, iżda dejjem sibna mod kif naslu. Kif uriet diġa’ f’diversi istanzi, il-Maġistrat Nadine Lia ma tistax tagħtina smiegħ xieraq fuq dan il-każ.
“Qed nistudjaw is-sentenza biex nieħdu l-passi kollha li hemm bżonn biex ikollna smiegħ xieraq u titwettaq ġustizzja. Nassigura lil kulħadd li aħna determinati li naslu. Mhux se jkun intopp tekniku li jwaqqafna milli nnaddfu lil pajjiżna mill-korruzzjoni u l-abbuż”, qal il-President tal-Għaqda l-Avukat Robert Aquilina.
//= $special ?>