Futbol Sport

Penalità ta’ 15-il punt għal Juventus b’rabta mal-każ ta’ qliegħ kapitali

Il-Qorti Federali tal-Appell laqgħet it-talba tal-Prosekutur tal-FIGC biex terġa’ tiftaħ il-proċess sportiv kontra Juventus għall-allegat użu tagħhom ta’ qligħ kapitali ffalsifikat u tathom penali ta’ 15-il punt.

L-ANSA tagħti dettalji dwar kif il-prosekutur tal-FIGC Giuseppe Chiné talab lill-Qorti Federali tal-Appell biex terġa’ tiftaħ il-proċeduri kontra l-Bianconeri wara rivelazzjonijiet ġodda mill-investigazzjoni ta’ Prisma, li qed tanalizza l-prattiċi finanzjarji riċenti tal-klabb u l-allegati ħlasijiet sigrieti tal-plejers miftiehma matul l-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID.

Il-Qorti Federali tal-Appell laqgħet il-każ ta’ Chiné u reġgħet fetħet il-proċeduri sportivi kontra Juventus u l-eżekuttivi tagħhom, u kklerjat lill-klabbs l-oħra involuti, li jinkludu Sampdoria, Empoli, Genoa, Parma, Pisa, Pescara, Pro Vercelli u Novara.

Chiné kien talab tnaqqis ta’ disa’ punti għal Juventus, kif ukoll sospensjonijiet għal Andrea Agnelli, Fabio Paratici, Federico Cherubini u l-bqija tal-bord tad-diretturi. Il-Qorti Federali tal-Appell iddeċidiet li tagħti lill-Bianconeri penali ta’ 15-il punt, li jpoġġihom fuq 22 punt fil-kampjonat.

Dawn is-sanzjonijiet mhumiex relatati mal-investigazzjoni ta’ Prisma jew mal-allegat ftehimiet ta’ ħlas sigrieti bejn il-klabb u l-plejers tagħhom matul l-istadji bikrija tal-pandemija tal-COVID.

Juventus jistgħu jappellaw din id-deċiżjoni lill-Collegio di Garanzia dello Sport fil-CONI. Ir-raġunament wara dawn id-deċiżjonijiet se jitħabbar fil-jiem li ġejjin.