Futbol Sport

Serie A: Salernitana bit-tama li jwettqu sorpriża kontra l-leaders Napoli

(Ritratt: EPA)

Id-19-il ġurnata tas-Serie A tiftaħ għada, bl-ewwel partita tintlagħab fi Stadio Marcantonio Bentegodi fit-3pm, konfront bejn żewġ timijiet li jinsabu fil-parti t’isfel tal-klassifika. Hellas Verona li jinsabu fit-18-il-post fil-klassifika se jaffrontaw lil Lecce, li jinsabu fl-14-il post. Minkejja li ż-żewġ timijiet sabuha diffiċli jirbħu l-punti dan l-istaġun, Verona jinsabu f’pożizzjoni iktar fraġli hekk kif kisbu biss 9 punti matul il-kampjonat, b’4 minnhom jaslu fl-aħħar tlett logħbiet, filwaqt li Lecce jinsabu f’pożizzjoni ħafna iktar sigura minn dik ta’ Verona hekk kif kisbu 20 punt u jinsabi fl-14-il post.

Napoli se jittamaw li jkomplu fuq il-forma fenominali li għandhom fil-kampjonat hekk kif se jilagħbu barra minn darhom kontra Salernitana fis-6pm. Fl-Arechi Stadium għandna naraw żewġ timijiet li jinsabu fuq forma kompletament differenti, Napoli li għadhom kemm kisbu rebħa impressjonanti fuq Juventus bl-iskor ta’5-1, se jaffrontaw tim ta’ Salernitana, tim li għadu kemm ġie umiljat kontra Atalanta fejn sofrew telfa ta’ 8-2.

L-aħħar partita tal-ġurnata se tintlagħab fid-8:45, Fiorentina se jospitaw lil Torino fi Stadio Artemio Franchi. Torino u Fiorentina jinsabu fid-9 u l-10 post rispettivament, bl-istess ammont ta’ punti, 23. Tlett punti f’din il-partita tista twassal ħafna għall-kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa Conference League.