Kultura Lokali

Titnieda r-raba’ edizzjoni tal-istaġun ta’ Żigużajg

Żigużajg huwa staġun li jrawwem lit-tfal fis-settur artistiku. Dan filwaqt li joffri valur importanti ħafna għall-pajjiżna.

Il-Ġimgħa filgħodu fi Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta ġie imniedi wieħed mill-aktar avvenimenti importanti li jkollna matul is-sena r-raba’ edizzjoni ta’ ‘Żigużajg’.

U bid-differenza għas-snin li għaddew, dan l-istaġun ta’ Żigużajg se jara r-ritorn tal-ispettakli għall-iskejjel. Dan se jsir sabiex l-edukaturi jintroduċu dak kollu li joffri s-settur artistiku lill-istudenti.

Din is-sena dan l-istaġun se jkollu għażla vasta ta’ avvenimenti għat-tfal kif ukoll għall-familji.

Dwar dan kollu tkellimna ma’ Daniel Azzopardi li huwa d-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv. Daniel Azzopardi sostna li dan l-avveniment jieħu ħafna xogħol u impenn sabiex ikun hemm programm edukattiv u interessanti għat-tfal. Huwa qal li sena wara l-oħra dan l-avveniment dejjem qiegħed jikber u qed ikun ta’ suċċess. Huwa qa li l-programm ta’ din is-sena hemm 12-il proġett li jinvolvu aktar minn 40 artist u 7 forom kreattivi. Dan kollu se jsir b’taħlita ta’ proġetti kkummissjonati minn persuni kreattivi Maltin u bl-introduzzjoni ta’ produzzjonijiet barranin ta’ fama internazzjonali.

Dan l-istaġun ta’ Żigużajg għandu programm varjat għal tfal ta’ etajiet differenti b’avvenimenti kull xahar. U wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għat-tfal fis-settur artistiku.