Sahal Jama Mohammed ta’ 20 sena mis-Somalja ammetta li bejn il-15 ta’ Jannar u d-19 ta’ Jannar huwa kkommetta serq ta’ yoghurt, tonn taż-żejt u wraps minn żewġ ħwienet tal-merċa li jinsabu f’Birkirkara u Ħal Balzan għax ma kellux x’jiekol. Ammetta wkoll li seraq mobile.
Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo huwa ammetta li wettaq dawn is-serqiet f’ħinijiet differenti tal-ġurnata huwa seraq ukoll mobile ta’ valur għad-dannu ta’ persuna li kienet f’wieħed mill-ħwienet, liema serq huwa wieħed aggravat.
Mohammed, li qal li m’għandux residenza fejn joqgħod u lanqas impieg ammetta wkoll li għex ħajja ta’ għażż u ta’ vaganundaġġ. Il-Qorti wissiet lill-ħati biex jerġa’ jaħsibha għax f’reat bħal dan hemm piena massima ta’ ħabs.
Is-Somalu qal li huwa xorta waħda kien qed jammett l-akkużi.
L-Avukat David Bonello li deher għalih kif ukoll l-Ispettur Andrew Agius Bonellpo qalu lill-Qorti li sentenza sospiża hija l-aħjar waħda fiċ-ċirkostanzi, l-Avukat Bonelli qal li jekk se jispiċċa l-ħabs, l-imputat se jerġa’ jiffaċċa problema ta’ residenza u biex imantni lilu nniffsu.
Il-Qorti se tgħaddi għas-sentenza għal nhar l-Erbgħa, 25 ta’ Jannar fid-9am. u ma saritx talba għall-pleġġ sakem jinqata’ l-każ u għaldaqstant il-ħati intbagħat il-ħabs.
//= $special ?>