Futbol Sport

Balzan jirbħu u jaqbżu lil Gudja United

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

Matthias Mizzi

GUDJA UNITED……0

BALZAN….……………1

Gudja U.: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, S. Attard (T. Nagamatsu 59’), J. Arthur, K. Micallef, H. Vella, N. Tabone, M. Muchardi, N. Navarrete,

Balzan: R. Briffa, I. Bozovic, S. Arab (B. Mladenovic 83’), M. Grima, P. Fenech, A. Torres, N. Zerjal (T. Torres 43’), A. Satariano (A. Bradshaw 70’), M. Raso, M. Nogureira (B. Kaljevic 70’), A. Andrejic

Imwissija: N. Zerjal 4’ (BLZ), J. Bolanos 24’ (GUD), H. Vella 50’ (GUD), Q. Torres 55’ (BLZ), A. Bradshaw 75’ (BLZ)

Skorjaw: M. Nogureira 30’ (BLZ)

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Mark Ciantar

Il-Mument Plejer tal-Logħba: M. Nogureira (Balzan)

BOV Plejer tal-Logħba: P. Fenech (Balzan)

F’partita fjakka mill-azzjonijiet perikolużi, gowl ta’ Nogureira kien biżżejjed biex ta t-tielet rebħa konsekuttiva lill-Balzanin. Ta’ min isemmi li kemm Gudja ilhom fil-Kampjonat Premier, il-konfronti bejn it-tnejn li huma dejjem kienu kombattuti.

Balzan fuq l-offensiva wara biss erba’ minuti logħob permezz ta’ xutt ċentrali mill-viċin ta’ Aleksa Andrejic. Bravura ta’ Zammit ftit tal-ħin wara hekk kif laqa’ xutt b’saħħtu tal-internazzjonali Malti Alex Satariano. Mal-ħdax-il minuta free-kick insidjuz ta’ Andrejic ġie mxellef minn Nogureira sakemm Zammit għamel reazzjoni mill-aqwa u ħalla l-logħob indaqs. Dan kien il-preludju għall-gowl ta’ Balzan hekk kif man-nofsiegħa logħob Balzan sarrfu l-isforzi tagħhom meta Satariano approfitta minn żball difensiv, qassam lejn Nogureira b’dan ma falliex quddiem lasta vojta.

Fit-tieni taqsima Balzan naqqsu kemxejn mir-ritmu għoli li kellhom qabel. Intant fid-69 minuta, minn fuq il-faxxa leminija Andrejic qabeż lid-difensur laterali Neil Tabone, xeħet kross ‘il barra iżda x-xutt ta’ Marcus Grima ma kienx perikoluż. Gudja wieġbu kwarta mit-tmiem b’xutt tas-sostitut Nagamatsu li għadda jħakkek minn mal-mimduda. Bi ftit azzjonijiet miż-żewġ naħat fl-aħħar ħinijiet it-tim immexxi minn Oliver Spiteri tefa’ kollox fuq wara b’Gudja ftit li xejn sabu opportunitajiet biex jippenetraw id-difiża.