Jidher li se jkun l-Ministru tal-Edukazzjoni Chris Hipkins li se jieħu post l-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern.. li proprju ftit tal-jien ilu ħabbret li se tirriżenja mill-kariga tagħha.Riżenja li saret wara li sorsi potliċi qalu li matul iż-żmien li serviet bħala Prim Ministru saru sensiela ta’ abbużi fil-konfront tagħha.
Chris Hipkins, li għandu 44 sena kien huwa l-uniku kandidat li tefa’ ismu biex jieħu post Ardern, bl-aħħar ġurnata tagħha bħala Prim Ministru se tkun fis-7 ta’ Frar li ġej. Hipkins għad irid jikseb approvazzjoni mill-kollegi tiegħu tal-Partit Laburista fil-Parlament imma jidher li din hija biss formalità.
Meta kien qed jindirizza konferena tal-aħabrijiet il-Ministru tal-Edukazzjoni ma elaborax dwar il-politika li se jkun qed jimxi biha iżda qal li se jipproċedi fuq dak li kienet ipproponiet Jacinda Ardern u jagħmel reshuffle fost il-membri tal-Kabinett.
Issa Hopkins se jkollu ftit inqas minn tmien xhur f’din il-kariga ta’ Prim Ministru qabel ma jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li se ssir fl-14 ta’ Ottubru li ġej.
Jacinda Ardern, bid-dmugħ f’għajneja, il-Ħamis li għadda ħabret li li wara ħames snin u nofs kienet se tirriżenja minn Prim Ministru ta’ News Zealand wara li ħasset li tat dak kollu li setgħet lil pajjiżha.
//= $special ?>