Futbol Sport

Doppjetta ta’ Jurgen Degabriele tagħti rebħa lil Hibernians

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

HIBERNIANS………………………2

MOSTA……………………………….0

Hibernians: J. Haber, F. Apap, K. Shaw, G. Bravo, T. Aldama (Z. Grech 76′), J. Degabriele (J. Grech 90′), D. Vella, G. Mensah, G. Artiles, Y. Murtiala (J. Rivero 66′), A. Diakite

Mosta: I. Akpan, C. Eziefula (P. Tenebe 46′), R. Briffa (G. Sciberras 68′), C. Failla, B. Diarra, C. Okoh (V. Mbata 90′), J. Akrong, S. Kingue, J. Vassallo (D. Bonnici 90′), R. Ekani, F. Dore

Referee: A. Johnson

Assistenti Referees: E. Spiteri, T. Debono

Żewġ gowls ta’ Jurgen Degabriele taw rebħa ta’ 2-0 lil Hibernians fuq Mosta f’partita li ntlagħbet fit-Tony Bezzina Stadium. Din kienet it-tieni rebħa tal-Pawlisti kontra Mosta dan l-istaġun wara li fl-ewwel round għelbuhom 5-0.

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet wara biss 10 minuti meta minn freekick ta’ Clayton Failla kien Justin Haber li b’diffikulta kellu jdawwar f’corner. Hibernians fetħu l-iskor fit-22 minuta meta wara azzjoni perikoluża ta’ Gabriel Mensah kien l-attakkant internazzjonali Malti Jurgen Degabriele li għamel l-iskor 1-0.

Fit-tieni taqsima, Hibernians baqgħu jikkontrollaw il-partita u għalqu r-riżultat fid-79 minuta meta wara li rċieva mingħand Kurt Shaw għal darb’oħra kien Jurgen Degabriele li b’konklużjoni mill-isbaħ għeleb lil Akpan għat-tieni darba.

Il-goalkeeper ta’ Hibernians Justin Haber iwettaq save mill-isbaħ (Ritratt: Josef Fitzpatrick)