Fl-aħħar sigħat, kompliet tikber il-pressjoni biex il-Gvern ikun trasparenti u jghid x’se jkunu l-emendi għal-liġi tal-abort.
Fi stqarrija mahruga dalgħodu, l-għaqdiet li huma favur l-abort qalu li l-Prim Ministru m’għandux jaħli aktar ħin filwaqt li għandu jipprovdi l-emendi mill-aktar fis possibbli.
L-għaqdiet infushom irreferew għal din il-liġi bħala l-ligi li se ddaħħal l-abort f’pajjizna; fatt illi jkompli jwaqqa’ r-retorika tal-Gvern meta jgħid li mhux se jiddaħħal l-abort.
Huma qalu li l-liġi ta’ Robert Abela “tippermetti aborti biss f’każ rari”.
Din l-istqarrija inħarġet minn Young Progressive Beings, Women’s Rights Foundation, Moviment Graffitti, Doctors for Choice, Lawyers for Choice, Integra, Aditus, Men Against Violence, Parents for Choice u l-Malta Humanists Association.
Dawn l-NGOs għamlu appell qawwi biex fid-dibattitu li għaddej bħalissa tintqal il-verità, b’informazzjoni oġġettiva, xjentifikament preċiża u kkontrollata bil-fatti.
//= $special ?>