Internazzjonali

PERU: Ikomplu l-protesti kontra t-tmexxija ta’ Dina Boluarte

Bini storiku f’Lima, fil-Peru, il-Ġimgħa ħa n-nar hekk kif komplew il-protesti kontra l-President tal-Peru Dina Boluarte.

Persuni tat-tifi tan-nar kellhom jissieltu sabiex jintfew il-nirien hekk kif b’xorti tajba dak il-ħin ma kienx hemm persuni fil-binja.  

Numru ta’ dimostranti deheru jitfgħu flixken tal-ilma mimlija blat lejn il-Puliizja filwaqt li oħrajn ntlemħu jxerju bnadar u jgħajtu li d-demm imxerred qatt ma jisa’ jintesa’. Kien hawn meta l-Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ sabiex iwaqqfu lid-dimostranti.

S’issa iktar minn 50 persuna nqatlu u madwar 700 oħra ndarbu fi protesti vjolenti li issa ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar jiem. Dimostrazzjonijiet li qed isiru kontra t-tmexxija ta’ Boularte hekk kif qed jitolbu biex huwa jwarrab mill-poter filwaqt li l-predeċessur tiegħu Pedro Castillo jinħeles mill-arrest.