Sport Waterpolo

Sliema u San Ġiljan jirbħu kontra l-ġirien u jibqgħu b’punti massmi

Stewart Said

MARSASKALA….….…… 7

SIRENS………………….…... 9

(1-2), (0-1), (5-4), (1-2)

Sirens irritornaw għar-rebħ anki jekk sabuha diffiċli biex jegħlbu lil Marsaskala. Huma kellhom vantaġġ ta’ 2-1 fl-ewwel sessjoni wara li Daniel Tully kien ġab id-draw minn man-up. Gianni Farrugia rdoppja b’penalty fl-aħħar tat-tieni sessjoni iżda Marsaskala wettqu reazzjoni fit-tielet sessjoni.

Tripletta ta’ Mark Carani poġġiethom 4-3 minn fuqsakemm Farrugia u doppjetta ta’ Matthew Sciberras dawret ir-riżultat għal 7-5 favur Sirens. Protagonist fl-aħħar sessjoni kien il-gowlkiper ta’ Sirens Thomas Micallef li ċaħħad mill-viċin lil Jake Ciantar u anki salva penalty. It-tim ta’ Marko Orlovic aċċerta mir-rebħa lejn it-tmiem.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), G. Galea, M. Agius, R. Greco, E. Bilgrin, K. Navarro, D. Tully(1), D. Pace Lupi (1), G. Sammut (1), J. Ciantar, M. Carani (3), A. Muscat

Sirens: T. Micallef, P. Serracino, K. Erdogan (1), J. Cachia, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (4), M. Chircop (1), W. Ruggier, G. Sammut, M. Cutajar, M. Sciberras (2), M. Azzopardi (1), M. Bonello Dupuis

Referees: Massimo Angileri, Neville Mercieca

SLIEMA FRANK SALT……. 14

EXILES WELBEE’S………….. 2

(3-0), (3-2), (5-0), (3-0)

Ebda diffikultà għar-rebbieħa tas-sena l-oħra Sliema Frank Salt. Logħba bla storja li fiha ddominaw u ftit taw spazju lil Exiles biex jibqgħu fil-konfront. Gowls ta’ Zach Mizzi, Dino Zammit u Jacob Sciberras taw vantaġġ komdu lil Sliema fl-ewwel sessjoni. Exiles naqqsu d-distakk għal 4-2 sakemm Matthew Mifsud u John Brownrigg għamluhom 6-2 fit-tieni sessjoni.

Is-Slimiżi għamlu ċert mir-rebħa b’ħames gowls mingħajr risposta fosthom doppjetta ta’ Dino Zammit. It-tim ta’ Beto Fernandez, fl-assenza tal-gowlkiper Nicky Grixti li ngħata l-mistrieħ, kompla jiddetta l-logħba bi tliet gowls konsekuttivi fl-aħħar sessjoni.

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (1), L. Galea, D. Rizzo (1), K. Borg (2), B. Cachia, E. Schembri, M. Mifsud (2), J. Brownrigg (1), S. Engerer (1), Z. Mizzi (1), D. Zammit (4), A. Bugeja, J. Sciberras (1)

Exiles: M. Castillo, Z. Cutajar Licari, L. Pursehouse, L. Gialanze, M. Martellacci, S. Xerri de Caro, M. Fenech, K. Griscti (1), N. Paris (1), D. Fenech, M. Aquilina, N. Saliba, F. Buhagiar

Referees: Stefan Licari, Richard Magri

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…. 14

NEPTUNES VIDEOSLOTS….…. 6

(3-1), (5-3), (3-2), (3-0)

Il-Ġiljaniżi urew is-superjorità tagħhom u żammew ir-rekord perfett f’din l-edizzjoni. San Ġiljan bnew vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni iżda Neptunesbaqgħu mal-avversarji u għal tliet darbiet konsekuttivi fit-tieni sessjoni żammew id-distakk ta’ żewġ gowls.

Iżda gowls ta’ Jake Bonavia u Andreas Galea fl-aħħar kwart tas-sessjoni, kabbru l-vantaġġ għal 8-4. Dan id-distakk kien wisq għal Neptunes biex jirkupraw hekk kif il-vantaġġ kiber għal 10-5 lejn nofs it-tielet sessjoni. San Ġiljan kellhom iċ-ċans li jkabbru d-distakk fl-aħħar sessjoni.

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli, A. Galea (3), G. Bonavia, M. Zammit (2), B. Plumpton (3), J. Bonavia (2), J. Abela (1), N. Zammit (3), D. Zammit, N. Bonavia, G. Borg

Neptunes: A. Borg Cole, M. Lanzon, S. Gialanze (2), G. Pace, L. Mallia, M. Zammit, M. Castillo (1), J. Camilleri (2), R. Galea, J. Bajada (1), E. Mallia, D. Bugeja, M. Farrugia

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

VALLETTA IZIBET…………… 6

BIRŻEBBUĠA FREEPORT...10

(1-3), (1-2), (3-0), (1-5)

Birżebbuġa Freeport kisbu t-tielet rebħa wara li kellhom jitħabtu biex għelbu lil Valletta Izibet. Huma kellhom jirkupraw wara l-gowl inizjali ta’ Valletta bi tliet gowls konsekuttivi fl-ewwel sessjoni. Peter Borg kabbar il-vantaġġ fit-tieni sessjoni u wara li Sebastian Busuttil naqqas id-distakk minn penalty, Ryan Mock għamilhom 5-2.

Reazzjoni minn Valletta wasslet biex irkupraw l-iżvantaġġ ta’ tliet gowls. Kollox kellu jkun deċiż fl-aħħar sessjoni, b’Mattias Ortoleva jiskorja doppjetta għal Birżebbuġa. Daniel Paolella naqqas id-distakk minn man-up iżda Birżebbuġa reġgħu kabbru l-vantaġġ biex aċċertaw mir-rebħa.

Valletta: B. Busuttil, J. Spiteri Staines (3), Z. Micallef, J. Cassar, S. Busuttil (2), T. Said, D. Paolella (1), J. Chircop, S. Micallef, A. Agius, M. Demarco, K. Cremona, A. Theuma, J. Pace Mizzi

Birżebbuġa: M. Vassallo, P. Borg (2), N. Cassar, B. Grech (2), K. Grech, R. Mock (1), R. Spiteri (1), D. Cutajar, D. Farrugia, K. Tanti (1), G. Mannino (1), M. Curmi, M. Sladden, M. Ortoleva (2), S. Bezzina

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri

Logħob li jmiss

Il-Ħadd 29 ta’ Jannar

Sirens v Birżebbuġa​9.00am

Exiles v Marsaskala​10.05am

San Ġiljan v Valletta​11.10am

Neptunes v Sliema​​12.15pm