Illum ngħatat l-aħħar tislima lill-eks Sindku taż-Żebbuġ Għawdex Harry Debono. Il-funeral sar fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.
Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Kappillan Joseph Cilia fejn fl-omelija tiegħu faħħar id-dedikazzjoni li Harry kellu lejn ix-xogħol tiegħu kif ukoll lejn is-servizz li kien jagħti lin-nies.
Preżenti kien hemm il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, is-Sindku ta’ Ħal Lija Tony Dalli kif ukoll l-eks Sindku taż-Żebbuġ Carmelo Saliba u l-Minority Leader Daniel Cordina.
//= $special ?>