Futbol Sport

Tkompli l-forma mill-aqwa ta’ Napoli

(Ritratt: EPA)

Napoli komplew bil-forma mill-aqwa li għaddejin biha dan l-istaġun meta għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 2-0 fid-derby ta’ Campania. Napoli kellhom jistennew sa ftit sekondi qabel il-mistrieħ biex imorru fil-vantaġġ meta kien Giovanni Di Lorenzo li kkonluda fuq azzjoni ta’ Zambo Anguissa. It-tim ta’ Luciano Spalletti għalaq il-partita fit-48 minuta meta kien Victor Osimhen li għamilhom 2-0.

Rebħa importanti għal Verona meta għelbu lil Lecce 2-0. Verona fil-vantaġġ wara 40 minuta permezz ta’ Fabio Depaoli biex fl-54 minuta, Darko Lazovic għamilhm 2-0.

F’partita diretta, Torino għelbu lil Fiorentina bl-iskor ta’ 1-0. L-uniku gowl ta’ din il-partita wasal fit-33 minuta permezz ta’ Aleksey Miranchuk.