Futbol Sport

Ħamrun Spartans jirbħu b’gowl minn penalty ta’ Elvis Mashike

(Ritratt: Joseph Galea)

Rowen Camilleri

PIETÀ H…………1

ĦAMRUN S…….2

Pietà H: R. Cini, S. Okoh (K. Leonardi 46’), C. Bangura, O. Temitope, D. Zerafa, J. Ghio (G. Xuereb 90+1’), T. Agius (A. S. Wismayer 73’), Z. Leonardi, G. Ogungbe, D. Mirnada, T. Yamaguchi

Ħamrun S: H. Bonello, E. Bruno, S. Borg, M. Guillaumier, E. Mashike, J. Soares (L. Montebello 73’), R. Prsa (R. Callegari 86’) (V. De Freitas 86’), O. Bjelecic, J. Corbalan, J. Robert, R. Camenzuli

Imwissija: S. Okoh 6’, R. Cini 68’ (P), O. Bjelicic 44’ (Ħ)

Skorjaw: J. Corbalan 38’, E. Mashike 84’ pen (Ħ), K. Leaonardi 67’ (P)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Robert Curtis

BOV Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Ħamrun Spartans)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Juan Corbalan (Ħamrun Spartans)

Kellu jkun gowl minn penalty ta’ Elvis Mashike li ta tliet punti lil Ħamrun Spartans f’partita mimlija emozzjonijiet. Kienu Ħamrun li fetħu l-iskor fl-ewwel taqsima permezz ta’ Corbalan biex Pietà urew titjib fit-tieni taqsima fejn saħansitra skorjaw il-gowl tad-draw, fl-aħjar mument tagħhom fil-partita. Ħamrun xorta waħda kienu l-aħjar tim tul il-kors tal-partita fejn minn tal-inqas laqtu l-lasti fi tliet okkażjonijiet.

Mal-kwarta logħob Ħamrun bl-ewwel azzjoni perikoluża meta l-free kick dirett ta’ Prsa kien imxellef bir-ras minn Dodo li għal ftit ma ħasadx lil Cini li b’diffikultà laqa’ b’siequ bid-difiża ttajjar il-periklu.

Erba’ minuti wara kross ta’ Corbalan sab lil Jonny fil-kaxxa ż-żgħira li d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet tħakkek mal-wieqfa.

Fl-34 minuta Ħamrun reġgħu laqtu l-lasti permezz ta’ Eder li prova xutt mill-ewwel minn kross ta’ Dodo.

Erba’ miuti wara Ħamrun fetħu l-iskor meta minn azzjoni personali kien Juan Corbalan li b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa għeleb lil Cini.

Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima bil-leaders tal-kampjonat jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ.

L-ewwel azzjoni fit-tieni taqsima waslet fis-67 minuta meta x-xutt ta’ Jonny minn ġol kaxxa ħabat mal-wieqfa biex mill-azzjoni sussegwenti Pietà ġabu l-gowl tad-draw. Kien pass fit-tul mid-difiża lejn Kian Leonardi, li anke b’nuqqas mid-difensur Steve Borg, iż-żgħażugħ ta’ Pietà avvanza u wara li qabeż lil Bonello tefa’ ġewwa f’lasta vojta.

Ħamrun Spartans ingħataw penalty fit-82 minuta wara li Temitope waqqa’ lil Roko Prsa fil-kaxxa. Mill-11-il metru kien Elvis Mashike li għeleb lil Cini u tefa’ lil Ħamrun lura fil-vantaġġ.

Wara tliet minuti ta’ ħin miżjud, Emanuel Grech saffar tmiem il-konfront bit-tliet punti jmorru għand il-leaders Ħamrun li jżommu vantaġġ ta’ 11-il punt f’ras il-klassifika.