Is-Sibt filgħaxija il-katavru ta’ Pelin, it-tfajla Torka li nqatlet wara li ttajret minn karozza nhar l-Erbgħa fil-Gżira, ittieħed lura lejn it-Turkija fejn mistennija ssir id-difna. Fi stqarrija li ħarġet il-familja tagħha, intqal illi l-ġenituri stennew il-wasla ta’ Pelin hekk kif kienu wisq imkissra mentalment biex jivjaġġaw lejn Malta.
Il-familja ta’ Pelin irringrazzjat lit-tim legali tagħha f’Malta, lill-konsulenti tagħha fit-Turkija, lill-Istat, kif ukoll lill-ambaxxata Torka f’Malta u l-ambaxxata Maltija fit-Turkija għall-assistenza tagħhom.
Il-viġili tal-Ġimgħa filgħaxija li saret fil-post eżatt fejn Pelin inqatlet kien mument sinifikanti għall-familja li tinsab grata għas-solidarjetà li wera magħha il-poplu Malti.
Huma temmew jgħidu li Pelin telqet minn Malta mejta, iżda għandhom tama li ssir ġustizzja u se jkomplu jiġġieldu f’isimha biex min temmilha ħajjitha jieħu dak li ħaqqu.
Intant, Jeremie Camilleri, ir-raġel Malti-Franċiż ta’ 33 sena , wieġeb mhux ħati għall-akkużi. Għalkemm testijiet li sarulu wara li tajjar lil Pelin Kaya urew li hu kien taħt l-effetti tal-kokaina u l-alkoħol.
//= $special ?>