Lokali

“Illum trid tissallab biex tixtri post jew tħallas kirja”

L-aħħar studji li saru jqajjmu tħassib kbir fost il-poplu Malti u Għawdxi .. hekk kif huwa magħruf li l-kirjiet medji fiż-żoni ta’ San Giljan u Tas-Sliema qed jaqbżu l-€1,600 fix-xahar, filwaqt li f’żoni oħra, l-kirjiet qed jaqbżu l-€1,000 fix-xahar. Apparti minn hekk, sabiex isir sid ta’ darek, irid ikollok madwar €30,000 bħala depożitu li jkopri l-10% tal-ammont … għaliex il-preżż ta’ appartament f’ħafna żoni fil-pajjiż jibda minn €300,000 ewro.

Skont statistika tal-NSO, il-prezzijiet tal-proprjeta’ bejn l-2021 u l-2022 żdiedu b’10%.

Dan kollu juri li sabiex tħallas kirja jew tixtri post, trid tissallab … u fl-aħħar mill-aħħar ma jibqalek xejn fil-but sabiex tgħix.

Skont l-editorjal tal-Ħadd tal-gazzetta Illum, fiz-zmien li qed nghixu fih….dar saret lussu kbir li jrid ikollok bagatella flus sabiex tkun tiflaħ għaliha. U minn għandu bejn l-20 u l-25 sena qed isibha diffiċli ferm sabiex jixtri mqar appartament b’kamra tas-sodda waħda .. filwaqt li oħrajn qed isibuha diffiċli biex joħorġu l-10 fil-mija depożitu u anka sabiex jikkwalifikaw għall-iskema tal-Gvern li joħroġ bħala self l-10% .. fuq massimu ta’ €175,000.

Apparti dan, l-aktar cifri ricenti juri biċ-ċar li huwa kważi kważi impossibli li persuna waħedha li għandha ‘l fuq minn 30 sena u għandha paga medja ta’ €1,600 f’idejha fix-xahar tixtri post għal rasha “li ma jkunx ftit akbar minn toqba f’ħajt”.

Skont l-istatistika mħaruġa mill-NSO, għax-xahar ta’ Settembru – koppja żgħazgħuha b’impjieg normali bħal delivery person u clerk f’uffiċju , li jaqghilgħu medja ta’ €1,200 bħala gross kull wieħed fix-xahar, – ma jaffordjaw xejn iżjed ħlief li jixtru appartament b’kamra tas-sodda waħda.

Din is-sitwazzjoni hija ferm inkwetanti .. dan għaliex studji li saru minn kumpaniji lokali juru li min  għandu paga ta’ €1,730 gross lanqas għandu għalfejn jibda jfittex post ta’ 3 kmamar tas-sodda għaliex ma jaffordjax.