Lokali

“Kif tista’ persuna taċċetta kariga meta taf li m’għandhiex il-fiduċja taż-żewġ terzi?” – Robert Cutajar

Possibli l-kumitat għall-ambjent, ippjanar u tibdil fil-klima għadu ma kellux laqgħa waħda fl-aħħar 7 xhur? Possibli li minkejja l-kriżijiet ambjentali u l-isfreġji li naraw isiru ma nħassitx il-ħtieġa biex dan iseħħ?

Hekk stqarr il-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar f’indirizz li għamel waqt attività tal-Partit Nazzjonalista fil-Każin tal-Ħal Tarxien il-Ħadd filgħodu fejn insista li l-ħidma tad-Deputati Parlamentari Nazzjonalisti se tibqa’ għadejja b’impenn assolut wara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Robert Cutajar sostna li filwaqt li l-poplu qed iħabbat wiċċu mal-isfida tal-mediċini out of stock…sfida li xhur ilu Partit Nazzjonalista bassar, bil-Gvern jirredikolah…pajjiżna għadu qed iħabbat wiċċu mal-isfidi ambjentali…minkejja l-billboards u l-kliem sabiħ tal-Labour.

Huwa insista li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jara li l-mekkaniżmu li jeżisti fil-Parlament jiġifieri l-Kumitat tal-Ambjent Ippjanar u tibdil fil-klima jibda jiltaqa…għaliex f’7 xhur għadu ma tlaqqax darba.

Dan filwaqt li tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fejn appella lil persuna magħżula minn Abela sabiex jokkupa din il-kariga sabiex jirrifjuta għaliex fi kliem Robert Cutajar meta dan jaf li m’għandux il-fiduċja taż-żewġ terzi kif jista’ jaħdem?