Għadha għaddejja t-tfittxija għall-aggressur li bidel Festival Lunari tal-Ewwel tas-Sena li kien qed isir f’belt ta’ Kalifornja i f’lejla ta’ terrur… Dan wara li raġel armat b’machine-gun qatel għaxar persuni u ħalla ‘il fuq minn għaxra oħra midruba waqt sparatura fi studio taż-żfin f’Monterey Park.
L-attakk seħħ meta f’Monterey Park kien hemm eluf kbar ta’ nies qed jieħdu sehem fl-attivitajiet sinonomi ma’ din il-festa kbira għall-Asjatiċi madwar id-dinja.
Il-Pulizija qed tmexxi tfittxija urġenti għall-aggressur li ħarab minn fuq il-post wara li ħalla paniku u straġi sħiħa warajh.
Is-servizzi tal-emerġenza li waslu fuq il-post tar-reat sabu xena tat-tkexkix quddiemhom, b’diversi katavri minxurin mal-art u f’għadajjar tad-demm. Il-midruba fl-inħawi ttieħdu b’urġenza lejn l-eqreb sptarijiet fost rapporti li l-kundizzjoni tagħhom kienet tvarja minn stabbli għal waħda kritika.
Filwaqt li l-pulizija ma eskludietx element ta’ terroriżmu, issemmiet ukoll possibbiltà kbira li l-isparatura kienet ‘reat ta’ mibgħeda’ tal-aggressur fil-konfront ta’ razza partikulari.
Madankollu ma deherx biċ-ċar li l-attakk kellu xi konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Lunari għall-komunitajiet Asjatiċi f’Monterey Park – liema belt tinsab xi 13-il kilometru biss lejn il-lvant ta’ Los Angeles.
Intant, diversi xhieda fuq il-post tar-reat ikkuntestaw din il-versjoni u qalu li l-aggressr armat daħal fl-istudjo taż-żfin – li jifforma parti minn kumpless kummerċjali — fejn spara diversi tiri lejn in-nies preżenti li fil-parti kbira kienu Amerikani-Asjatiċi. Rapporti oħra qalu li l-aggressur, wara. ħarab minn fuq il-post b’karozza u meta mhux magħruf jekk hu setax kellu miegħu l-kompliċi.
Mal-ħin bdew jinġabru ammont kbir ta’ pulizija u State Troopers f’Monterrey, biċ-ċentru tal-belt jinbidel f’fortizza armata fost it-tensjoni. Dan waqt li kelliema għall-Pulizija qalu li kienu qed isiru l-isforzi kollha biex jinqabad il-qattiel fost it-twissijiet biex ir-residenti fil-madwar ta’ Monterrey jeżerċitaw il-massimu tal-kawtela.
Il-belt ta’ Monterey Park għandha popolazzjoni ta’ xi 60,000 u hemmhekk jgħixu eluf ta’ Asjatiċi li marru l-Istati Uniti bħala immigranti.
//= $special ?>