Internazzjonali

L-Istati Uniti: L-astronawta leġġendarju Buzz Aldrin jiżżewweġ mill-ġdid…fl-età ta’ 93 sena

L-eks-astronawta ċelebri Amerikan Buzz Aldrin iżżewweġ għar-raba’ darba f’ħajtu u proprju f’għeluq it-93 sena tiegħu.

Iċ-ċerimonja saret f’Los Angeles u l-mara tiegħu, Anca Faur, ta’ 63 sena,  hi anki l-Viċi-President Eżekuttiv tal-kumpanija ta’ Aldrin bl-isem Buzz Aldrin Ventures.

Aldrin kien wieħed mill-piloti responsabbli għat-titjira spazjali leġġendarja bl-Apollo 11, fl-1969, u fejn hu sar it-tieni bniedem li qatt mexa fuq il-qamar wara l-Kap tal-missjoni, Neil Armstrong.

Buzz Aldrin hu anki wieħed minn erba’ eks astronawti li għadhom ħajjin wara li huma mxew fuq il-qamar.