Sport Sport Ieħor

La Valette Marathon u Karate fi Sport Extra tal-lum

Fl-erbatax-il programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum mill-5:15 pm ‘l quddiem fuq Net Television, fl-ewwel parti dettalji dwar l-Intersport La Valette Marathon li għandha ssir fil-5 ta’ Frar 2023 . Dettalji dwar it-tieni edizzjoni ta’ din il-maratona f’intervista ma’ MATTHEW PACE , Kap Eżekuttiv fi ħdan il-Kumitat Organizattiv tal-Intersport La Valette Marathon. Mistieden ukoll l-atleta ANDREW GRECH li għandu jkun wieħed mill-protagonisti ewlenin fl-istess maratona.

Fit-tieni parti enfażi dwar il-Karate, fejn fil-ġranet li għaddew Charles Camenzuli attenda għal sessjoni ta’ taħriġ fiż-Żebbuġ Karate Club b’intervisti mal-kowċ nazzjonali fi ħdan il-Malta Karate Fenderation, JOSEF ANTONELLI kif ukoll ma tlieta mill-atleti ewlenin tal-Federazzjoni li kellhom suċċessi fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa – Karate. Mistiedna, THYS ANTONELLI, AMY CUNNINGHAM U RAMON PSAILA. SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli. Muntaġġi tas-servizzi u assistenta tal-produzzjoni Samira Cachia Spiteri u filmati minn Keith Mizzi.