Lokali

Pelin Kaya tingħata l-aħħar tislima fit-Turkija

Bosta persuni nġabru f’moskea f’Istanbul, fit-Turkija, sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Pelin Kaya, il-mara ta’ 30 sena li aktar kmieni din il-ġimgħa nqatlet traġikament wara li ttajret minn karozza fil-Gżira…proprju f’għeluq żmienha.

Preżenti għall-aħħar tislima li ngħatat lil Pelin kien hemm qrabatha kif ukoll diversi ħbieb.

Il-katavru tal-mara waslet fit-Turkija grazzi għal titjira tat-Turkish Airlines li telqet matul il-jum tas-Sibt.