Fl-aħħar ġimgħat pajjiżna, bħal bqija tal-Ewropa, spiċċa jħabbat wiċċu ma’ kriżi ta’ mediċini out of stock b’lista twila ta’ antibjotiċi fosthom misturi għat-tfal li ma jistgħux jinstabu mill-ġenituri minn spiżerija għal oħra.
Għal darba, darbtejn, Net News staqsa lill-Ministru għas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne dwar din il-kriżi, b’Fearne jisħaq li dawn l-imsemmija mediċini ma jinstabux out of stock, iżda fi stokk limitat.
Dan ifisser li xorta waħda huwa ferm diffiċli għaċ-ċittadin li jsib il-mediċina ordnata mit-tabib sabiex ifiqu mill-mard.
Sorsi li tkellmu ma’ Net News fl-aħħar sigħat spjegaw li issa mhux biss l-antibjotiċi huma out of stock iżda l-aktar affarijiet normali u essenzjali.
Dan hekk kif fl-Isptar Mater Dei allegatament m’hemmx in stock in-Normal Saline 100ml 0.9%.
Dan jintuża bħala forma ta’ drip meta pazjent ikun nieqes mill-fluidi, meta jkun qiegħed isofri minn deidrazzjoni.
//= $special ?>