Lokali

Aidan Cassar skwalifikat mill-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena

Fl-aħħar ħin ħarġet l-aħbar li l-kantant Malti Aidan Cassar ġie skwalifikat milli jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Malta Eurovision Song Contest.

Aidan Cassar kien qiegħed fil-fażi tal-kwartifinali bil-kanzunetta Reġina.

Il-kantant Malti Aidan Cassar m’huwiex wiċċ ġdid għall-Malta Eurovision Song Contest, dan hekk kif din is-sena kienet se tkun ir-raba’ darba tiegħu li jieħu sehem f’dan il-konkors tant prestiġġjuż.

Il-kantant Malti Aidan Cassar m’huwiex parteċipant ġdid għall-Malta Eurovision Song Contest, iżda għal din is-sena t-tim tal-produzzjoni tal-Malta Eurovision Song Contest ħabbar li Aidan Cassar ġie skwalifikat milli jkompli jipparteċipa fil-Malta Eurovision Song Contest 2023 wara ksur tar-Regolamenti tal-Festival.