Lokali

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ttajret minn karozza fil-Fgura

Anzjana ta’ 72 sena residenti Ħaż-Żabbar weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza fi Triq Sant’ Antnin, il-Fgura.

L-inċident seħħ it-Tnejn għall-ħabta tad-9:00 ta’ filgħodu.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li anzjana ta’ 72 sena residenti Ħaż-Żabbar, intlaqtet minn Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena residenti x-Xgħajra.

L-anzjana ngħatat l-għajnuna minn tim mediku hekk kif ftit tal-ħin wara ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-aktar kura.

Hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.