L-ebda gowl f’logħba medjokri
Melita…………….0
Tarxien……………0
Il-konfront bejn Melita u Tarxien, żewġ timijiet li jinsabu mal-ewwel sitta fil-klassika tac-Challenge League, ma rat l-ebda gowls, u ftit offriet emozzjonijiet jew azzjonijiet ċari ta’ skor. Il-partita kienet ferm bilanċjata, biż-żewġ timijiet ikunu neqsin mill-ideat, u kollox ma’ kollox, ir-riżultat kien wieħed ġust.
L-aħjar azzjoni fl-ewwel taqsima ġiet minn Melita, meta fil-31 minuta, Debattista ittanta xortieh b’xutt angolat minn tarf il-kaxxa, iżda l-ballun għadda ftit barra.
Fl-74 minuta, Tarxien kellhom ċans tajjeb permezz tas-sostitut Cutajar, li ra x-xutt tieghu minn distanza konsiderevoli jgħaddi jħakkek mal-mimduda.
Fit-88 minuta, is-sostitut Attard ħarab tajjeb fuq il-lemin u dendel ballun fil-kaxxa ż-żgħira fejn Attard kien qed jistenna biex jipprova jikkonkludi, iżda x-xutt tiegħu ġie interċettat tajjeb mill-gowlkiper Debono ta’ Tarxien.
Melita: R. Caruana, D. Cutajar, M. Debattista, JP Attard, K. Mohnani, N. Cutajar, J. Galea, A. De Barros, I. Chukwebuka, J. Abela, H. Konno
Tarxien: M. Debono, F. Conceicao, B. Muscat, M. Spiteri, D. Falzon, S. Bezzina, B. Farrugia, M. Tabone, C. Conceicao, J. De Oliveira Santos, D. Agius
Referee: Ishmael Barbara
Vittoriosa jibdew it-tieni fażi b’rebħa
San Ġwann…………………………0
Vittoriosa……………………....…….1
Wara ħames telfiet konsekuttivi, it-tim tal-qiegħ Vittoriosa kiseb rebħa ta’ 1-0 kontra San Ġwann, bit-tama li jsalva l-istaġun li sa issa kien wieħed ferm diżappuntanti. Il-partita kienet waħda li ftit li xejn offriet emozzjonijiet, u r-riżultat seta’ mar iż-żewġ naħat.
San Ġwann kellhom żewġ ċansijiet tajba ta’ skor fl-ewwel taqsima. Fit-18-il minuta, xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa ta’ Sultana ġie mdawwar f’korner mill-gowlkiper Cassar. Ftit qabel il-mistrieħ, Abouhaisa ittanta xortieh minn tarf il-kaxxa, iżda l-ballun ġie mblukkat mid-difiża ta’ Birgu; il-ballun spiċċa f’saqajn Gatt, li iżda ra x-xutt tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-gowlkiper.
Finalment kienu t-tim tal-Kottonera li skurjaw l-uniku gowl tal-partita. Fil-55 minuta kien Delmar li ħarab tajjeb fuq il-lemin u għadda ċentrali lejn is-sostitut Isaac Galea, li minn pożizzjoni ideali ma falliex, u għeleb lil Spiteri b’xutt fil-baxx.
San Ġwann: MJ Spiteri, M. Micallef, N. Sultana, K. Gatt, T. Akiti, D. Sowatey, G. Pace, N. Gonzalo Virano, F. Abouhaisa, K. Bartolo, A. Falzon
Vittoriosa: C. Cassar, C. Spiteri, J. Dibola, M. Ciantar, J. Delmar, K. Higgans, C. Cutajar, M. Freitas da Silva, L. Cassar Jackson, S. Borg, F. Gnindokponou
Referee: Ezekiel Barbara
Mqabba jirbħu b’gowl kmieni fil-partita
MQABBA ……………………1
ATTARD………………………0
Mqabba kisbu rebħa ferm importanti meta minkejja li lagħbu għal kważi taqsima sħiħa bi plejer inqas irnexxielhom jegħlbu lil Attard biex telgħu biss punt taħt l-istess Attard.
L-ewwel taqsima kienet ferm movimentata fejn Attard kellhom iktar mil-logħob iżda Mqabba dejjem kienu perikolużi fil-kontrattakki tagħhom. Fil-35 minuta Mqabba fetħu l-iskor b’azzjoni mill-isbaħ fuq il-lemin fejn finalment Melo Costa qassam lejn Omar Khatib li żmarkat fuq it-tieni lasta spara fix-xibka.
Attard wettqu reazzjoni tajba u fl-aħħar battuti tal-ewel taqsima kien il-goalkeeper ta’ Mqabba Abela li wettaq save mirakoluż fuq xutt bomba mill-viċin ta’ Farrugia.
Tmien minuti fit-tieni taqsima Mqabba spiċċaw bi plejer inqas meta Iven Zammit dabbar it-tieni karta safra. Ftit wara kienu Mqabba li resqu qrib meta kross ta’ Melo Costa kien imxellef minn difensur ta’ Attard bil-ballun jispiċċa mal-mimduda.
Għall-komplament tal-logħba Attard assedjaw lill-avversarji iżda d-difiża ta’ Mqabba rreżistiet biex Mqabba kisbu rebħa prezzjuża.
Lija jirritornaw għar-rebħ
MARSASKALA …………….1
LIJA A. …………………………3
Lija rritornaw għar-rebħ wara serje ta’ riżultati negattivi meta gelbu lil Marsakala 3-1 f’logħba ferm divertenti fejn Marsaskala taw daqs kemm qalgħu anki jekk spiċċaw fuq in-naħa telliefa.
L-ewwel taqsima kienet bilan`jata anki jekk Lija dejjem kienu iktar perikolużi fil-logħob tagħhom u fit-22 minuta l-ballun ħabat ma’ id Eman Camilleri u mill-11-il metru kien Diaz Arias Camilo li skorja b’xutt fil-baxx. Kien hemm xi sforzi ta’ Marsaskala iżda Lija ikkontrollaw mingħajr wisq problmi.
Kif bdiet tit-tieni taqsima ċans tad-deheb għal Marsaskala iżda Adrian Carabott xeħet inkredibilment barra. Fil-55 minuta Lija viċin it-tieni gowl iżda x-xutt ta’ Mosquera Torres ħabat ma’ sieq il-lasta.
Fid-59 minuta Marsaskala kisbu d-draw meta daqqa ta’ ras ta’ Carabott ħabtet mal-mimduda u mir-rebound rovexxata tas-sostitut Tenorio spiċċat fix-xibka. Fit-68 minuta żball kbir fid-difiża ta’ Marsaskala fejn Eman Camilleri u l-goalkeeper ħabtu f’xulxin u ħadd minnhom ma ħa l-ballun u Diaz Aria Camilo skorja f’lasta vojta.
Għaxar minuti wara Lija għalqu l-logħba meta minn azzjoni ta’ korner kien Mosquera Torres li mattar siequ u xeħet il-ballun ġewwa. Marsaskala kellhom ċans jerġgħu jidħlu fil-logħba iżda x-xutt ta’ Eman Camilleri ħabat mal-mimduda.
Gowl ta’ Antunes jagħti rebħa lil Qrendi kontra Mtarfa
MTARFA ………………….. 0
QRENDI ……………………1
F’logħba mill-iktar kumbattuta kienu Qrendi li ħarġu rebbieħa grazzi għall-gowl mill-isbaħ ta’ Antunes gowl b’xutt bomba li spiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka.
L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata bit-tim ta’ Qrendi jkun xi ftit aħjar mill-avversarji. Qrendi skorjaw il-gowl tal-vantaġġ fil-35 minuta, gowl verament spettakolari ta’ Antunes Pavlidis li skorja b’xutt bomba minn distanza notevoli.It-tieni taqsima bdiet biż-żewġ naħat imorru qrib, biż-żewġ goalkeepers iwettqu saves determinanti.
L-azzjonijiet komplew kemm fuq naħa kif ukoll fuq oħra b’diversi ċansijiet ta’ skor iżda r-riżultat baqa’ ma nbidilx biex Qrendi kisbu tliet punti tad-deheb f’konfront dirett kontra r-relegation.
Riżultati:
Top 6:
Melita 0-0 Tarxien Rainbows
Naxxar Lions 0-0 Żejtun Corinthians
Sliema Wanderers 5-0 Żurrieq
Play Out:
Marsa 0-2 St. Andrews
San Ġwann 0-1 Vittoriosa Stars
Swieqi United 2-2 Fgura United
Mqabba 1-0 Attard
Marsaskala 1-3 Lija Athletic
Mtarfa 0-1 Qrendi
//= $special ?>