Atletika Sport

Claire Azzopardi b’rekord ġdid fit-triple jump f’Londra

Riżultat ieħor mill-aqwa fl-atletika lokali. Claire Azzopardi ta’ Pembroke Athletics Club, fl-ewwel kompetizzjoni tal-istaġun irnexxielha tikser ir-record tat-triple jump indoor. Fil-London Indoor Games, li saru f’Lee Valley, Azzopardi li matul l-aħħar sentejn iffokat fuq il-Long Jump, fir-ritorn fit-triple jump b’qabża ta’ 12.16 metri, tejjbet b’16 -il ċentimetru fuq ir-record ta’ qabel.

Fl-istess kompetizzjoni fil-kategorija Taħt l-20 sena, ħadu sehem ukoll Anthea Cassar u Yilenia Muscat kif ukoll Rebecca Sare’ fil-kategorija tal-kbar. Huma wkoll atleti ta’ Pembroke Athletics Club parti minn kontinġent ta’ atleti li qed jieħdu sehem f’Lee Valley